EURO 2024 Sport

L-Ukrajna eliminati minkejja li jtemmu bl-istess punti daqs it-timijiet l-oħra fil-grupp

(Ritratt: EPA)

Ukrajna: A. Trubin, M. Matviienko, O. Svatok (A. Yarmolenko 81′), I. Zabarnyi, V. Mykolenko (O. Zinchencko 58′), O. Tymchyk, H. Sudakov, V. Brazhko (T. Stepanenko 70′), M. Shaparenko (V. Vanat 70′), R. Yaremchuk (R. Malinovskyi 70′), A. Dovbyk

Belġju: K. Casteels, A. Theate, J. Vertonghen, W. Faes, T. Castagne, A. Onana, Y. Tielemans (O. Mangala 62′), J. Doku (J. Bakayoko 77′), K. De Bruyne, L. Trossard (Y. Carrasco 62′), R. Lukaku (L. Openda 90′)

Imwissija: W. Faes 43′ (B), A. Dovbyk 69′ (U)

Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)

L-Ukrajna u l-Belġju temmew fi draw ta’ mingħajr gowls, liema riżultat wassal biex l-Ukrajna jkunu eliminati minkejja li temmew b’erba’ punti daqs it-timijiet l-oħra fi Grupp E.

Il-Belġju, minn naħa l-oħra, temmew it-tieni fil-grupp u issa se jkunu qed jilagħbu kontra Franza.

Matul il-partita, l-Ukreni rnexxilhom jillimitaw lill-avversarji milli jkunu perikolużi iżda min-naħa l-oħra ftit li xejn irnexxielhom joħolqu okkażjonijiet ta’ skor għalihom.

Il-plejer ta’ Leicester Wout Faes kien strumentali fid-difiża Belġjana meta wettaq numru ta’ daħliet deċiżivi. Il-Belġju resqu qrib li jiskorjaw permezz ta’ Romelu Lukaku iżda x-xutt tiegħu kien ċentrali.

Dan ir-riżultat kien wieħed diżappuntanti għall-Ukrajna hekk kif saru l-ewwel tim li rnexxielhom jiksbu erba’ punti fil-fażi tal-gruppi u jkunu eliminati.