Mark Mallia se jkun il-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minflok Glenn Micallef. Dan wara li ċ-Chief of Staff ta’ Kastilja rriżenja mill-kariga tiegħu.
Ir-riżenja ta’ Micallef kienet konfermata mill-Gvern fi stqarrija, mingħajr ma spjega għaliex Glenn Micallef telaq minn Kastilja.
Dan ifisser ukoll li Mark Mallia se jkun qed iħalli t-tmexxija ta’ Transport Malta biex jieħu l-pożizzjoni ta’ Chief of Staff ta’ Robert Abela.
Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Liġi u fil-Business Management, u ġej minn karriera wiesgħa fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta’ responsabbiltà. Huwa kompla l-karriera tiegħu fl-amministrazzjoni pubblika bi tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi.
Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Glenn Micallef tal-ħidma bla heda tiegħu, li wasslet għal riżultati pożittivi għal pajjiżna. Abela qal li jħares ’il quddiem lejn aktar ħidma minn Glenn Micallef għall-ġid ta’ Malta.
//= $special ?>