Mara ta’ 45 sena minn San Ġiljan wieġbet mhux ħatja li allegatament iffrodat b’€24,000 lil diversi persuni permezz ta’ kuntratti foloz fuq proprjetajiet. Il-Pulizija kienet ħatret investigazzjoni wara li rċeviet numru kbir ta’ rapporti fil-konfront tagħha.
Fil-Qorti, il-Pulizija sostniet li l-mara kienet qed titlob depożitu fuq proprjetajiet li mhux tagħha u li mhux vakanti.
Mid-diversi rapporti li daħlu għand il-Pulizija rriżulta li l-mara allegatament ħadet is-somma ta’ €24,000, filwaqt li minnhom irritornat €6,000 lura wara li saret taf bir-rapporti. Imbgħad, wara diversi tentattivi, il-Pulizija sabet lill-mara f’Għawdex.
Id-difiża ddikjarat li mhix qed titlob għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata u b’hekk il-mara se tinżamm arrestata fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>