EURO 2024 Sport

Patrik Schick dubjuż għall-partita kontra t-Turkija

(Ritratt: EPA)

Hekk kif illejla jiġi fi tmiemu Grupp F, l-attakkant prolifiku tar-Repubblika Ċeka Patrik Schick jinsab dubjuż f’dik li hi l-aktar partita kruċjali għall-pajjiżu.

Schick sofra injury fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Georgia. Iċ-Ċeki jridu bilfors rebħa biex jaċċertaw post mal-aħħar 16, bil-kowċ Ivan Hasek jgħid li Schick kien qed ikun segwit mit-tobba Ċeki fl-aħħar jiem. Hu faħħar il-kwalitajiet tal-plejer hekk kif qal li Schick huwa wieħed mill-aqwa skorers fl-Ewropa.