Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kont mort fuq l-ambone u l-avviż għamiltu jien… wara kienu għajtu miegħi” – Emanuel Cassar

Fi PROFILI tal-lejla l-mistieden se jkun Emanuel Cassar fejn se jkun qed jaqsam magħna xi bawxata li kien wettaq meta kien żgħir u anki dak li għamel riċenti.

Bosta jafuh fuq il-palk jew fi drama fuq it-televiżjoni. Permezz tal-programm tal-lejla se naraw il-karattru tiegħu fid-dettall u l-ħidma li jwettaq biex anki jissawwar f’karattri oħra li jinterpreta.

“L-arti għandna nibdew intuha importanza daqs l-isports”, jgħid Emanuel C.assar

PROFILI għandu l-produzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, u se jkun qed jixxandar illejla fit-8.30pm fuq Net Television

Tags