Sport

Riżultati tajbin għal Malta fil-Kampjonat Dinji tal-Pool

It-timijiet Maltin tal-pool komplew jiksbu aktar rebħ u meta għad jonqos ġurnata logħob jinsabu ċerti li qatgħu l-passaġġ għall-fażi tan-knockout.

It-tim tal-irġiel kiseb rebħa ta’ 12-9 fuq New Zealand u issa jinsab ċert f’post fil-kwati tal-finali li ser. 

It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tmintax-il sena qabat ritmu tajjeb u kiseb erba’ rebħiet konsekuttivi kontra l-Irlanda A 7-2, Skozja A 6-3 u kontra ħ-żewg timijiet tal-Irlanda ta’ Fuq A u B 6-3, biex issa jinsab fl-ewwel post fil-grupp flimkien mat-timijiet tal-Awstrajla u s-South Africa.

It-tim tal-Over 50’s kiseb l-aħħar rebħa fuq South Africa 9-6 u kiseb post fis-semifinali kontra t-tim nazzjonali Ingliż.

It-timijiet Maltin tad-doubles tal-irġiel. Clayton Castadi u Gary Carr kif ukoll Dejan Grech u Ryan Pisani ikkwalifikaw għas-semifinali fejn ser jiltaqgħu kontra timijiet Ingliżi.

It-tim Malti tad-doubles tal-Over 50’s ukoll għamilha għas-semifinali. Ray Caruana u Antoine Aquilina jkunu fl-azzjoni kontra t-tim mill-Awstralja.