Lokali

Telqa, periklu u persuni reqdin barra fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa

Telqa, periklu kbir u persuni reqdin f’nofs ta’ passaġġ.

Hi din is-sitwazzjoni li wieħed isib fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira. Sitwazzjoni li ilha fl-istess stat għal dawn l-aħħar snin, b’dawk responsabbli għadhom ma ħadux xi forma ta’ azzjoni.

Informazzjoni li waslet għand Net News minn residenti Gżirjani turi biċ-ċar din is-sitwazzjoni ta’ skart mormi madwar il-ġnien kollu, dustbins imkissrin, fergħat ta’ siġar li waqgħu kompletament, u borġ ġebel mitluq f’zona partikolari.

U minflok is-sitwazzjoni ttranġat minnufih, l-awtoritajiet għażlu li jdawru nofs dan il-ġnien b’tape għas-sigurtà ta’ dawk li jżuru dan il-ġnien.

Dan apparti li mhux darba jew tnejn jiġu nnutati persuni reqdin barra f’nofs ta’ passaġġ bla ma jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ikun assigurat li dan ma jseħħx.