EURO 2024 Sport

Varga jkompli jirkupra

(Ritratt: EPA)

Il-plejer Ungeriż Barnabas Varga kompla jirkupra fi sptar fi Stuttgart wara li kiser numru ta’ għadam f’wiċċu fil-partita kontra l-Iskozja. Varga kien involut f’inċident mal-goalkeeper Skoċċiż Angus Gunn fejn b’konsegwenza tal-impatt intilef ukoll minn sensih.

Fl-aħħar sigħat fl-isptar marru jżuruh il-kowċ tal-Ungerija Marco Rossi, numru ta’ membri mill-istaff tekniku kif ukoll sieħbu fit-tim Endre Botka.

Il-captain Dominik Szoboszlai kritika l-mod ta’ kif l-istaff mediku waqt il-partita dam ma ħareġ sabiex jagħti l-għajnuna lil Varga, bil-UEFA tiċħad din il-kritika u tgħid li t-tabib wasal ħdejn il-plejer 15-il sekonda wara l-inċident.