Żagħżugħ ta’ 21 sena ġie mixli li fit-18 ta’ Ġunju daħal jisraq lil ommu u kkaġuna ħsara f’darha. Dan l-att sar sitt ijiem wara li ngħata L-ħelsien mill-arrest.
Skont il-Pulizija, dakinhar l-akkużat kellu appuntament mal-uffiċjal tal-probation – iżda allegatament imbotta lil ommu mill-karozza meta pruvat tieħdu għand il-Pulizija. Hu ħarab mill-post, u l-Pulizija sabu l-karozza abbandunata.
Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati, filwaqt li l-Qorti semgħet kif hu għandu problema tad-droga.
//= $special ?>