Lokali Qorti

14-il sena ħabs wara li pprova joqtol lil martu

Roddy Williams kien ikkundannat 14-il sena ħabs wara li ammetta li fl-2017 ipprova joqtol lil martu Natalie Williams, u ħbiebha f’kamra taħt l-art fl-inħawi tal-bajja tar-Rinella.

Il-vittma kienet damet erbat ijiem maqfula fl-għar. Matul dan iż-żmien saħħitha tant marret lura li spiċċat intilfet minn sensiha minħabba li kienet tbati mill-ażma. Matul dawn il-jiem, Williams kien stupraha u kien vjolenti magħha, kif ukoll ħadilha l-mowbajl, il-credit cards u l-flus li kellha.

Il-qraba tal-mara kienu għamlu rapport lill-Pulizija meta għebet, u ssuspettaw li Willams kien involut hekk kif rawh jaħrab mill-Kalkara. Kienu membri stess tal-familja li żammew lir-raġel – kif jixhdu filmati li kien kiseb Net News dak iż-żmien.

Il-vittma kienet ġiet salvata wara li żewġha kien qal lill-Pulizija fejn kien qafel lil martu.

Williams ammetta l-akkużi ta’ attentat ta’ qtil, li stupra lil martu, li żammha kontra r-rieda tagħha, li beżzagħha u li weġġa’ ħafif lil binha.

Minbarra l-14-il sena ħabs hu se jkollu jħallas €12,000 fi spejjeż tal-Qorti.