Lokali

Fl-2023 ġew investigati 400 każ mis-CRPD

Matul is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà investigat b’kollox 400 każ – bl-aktar ilmenti komuni jkunu dwar in-nuqqas ta’ aċċessibbiltà u dwar diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol u fl-iskola.

Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati fir-rapport annwali li jsir minn din il-Kummissjoni.

L-istess rapport juru li n-numru ta’ persuni b’diżabbiltà reġistrati mas-CRPD sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2023 kien jammonta għal ftit aktar minn 27,000.

Minn dawn… 4,387 għandhom diżabbiltà intellettwali; 3,746 għandhom diżabbiltà psikosoċjali; 2,775 għandhom nuqqas ta’ smigħ; u 1,878 għandhom nuqqas ta’ dawl.

Intant matul l-2023 il-Kummissjoni kkonfiskat 123 blue badge ffalsifikati, u ġabret 136 blue badge li kienu qed jintużaw illegalment.