Victor Bonavia ta’ 70 sena ġie mmultat €3,500 wara li nstab ħati li hedded lill-ġurnalist Victor Paul Borg b’messaġġ fuq Facebook.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni spjegat li Borg ħassu mhedded minn Bonavia talli għamel xi xogħol investigattiv dwaru. Ir-rappurtaġġ tiegħu kien dwar triq bla permess f’xi għelieqi. Bonavia ammetta din l-akkuża.
Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat qalet li Borg għamel sew li għalkemm ma ħassx li l-kumment li rċieva kien wieħed gravi, hu ma ħallihx jgħaddi u mar jirrappurtah.
Apparti l-multa, il-Maġistrat rabtet lil Bonavia b’garanzija personali ta’ €2,000 għal sena.
//= $special ?>