Lokali Mużika

Avveniment ieħor ta’ Neuro – il-mużika elettronika tas-snin 80

Noel D'Anastas

Il-mużika New Wave, electro u synthpop, mad-doża tal-moviment New Romantic li kienet tpaxxi lil dawk li kienu jiffrekwentaw id-discos tas-snin tmenin – Raffles, Styx, Vibes, Stones, Tigullio, Polytechnic, u oħrajn – se jerġa’ jkun imfakkar f’lejla apposta nhar is-Sibt, 29 ta’ Ġunju 2024 għall-arja sajfija tal-Groove Garden, fil-Gianpula. 

Fuq it-turn-tables bid-diski vinyls, Deejays Alex Grech u Tonio Pace (Mozzer) se joffru xalata sħiha ta’ mużika f’tant memorji u nostalġija ta’ dawk li waslulna Human League, Depeche Mode, New Order, Ultravox, Duran Duran, Soft Cell, A Flock of Seagulls, Talk Talk, Gary Numan u tant oħrajn proprju f’dak li kien qed jindaqq fil-Billy’s u Blitz Club ta’ Londra, u Rum Runner u l-Faces f’Birmingham, fl-Ingilterra.

Dan huwa organizzat minn Reflex Promotions.
Biljetti minn https://gianpulavillage.com/?tribe_events=neuro