Sport

Champions tad-dinja tal-pool għat-tieni sena konsekuttiva

It-tim nazzjonali Malti tal-Pool tal-kategorija ta’ taħt it-tmintax-il sena huma għal darb’oħra ċ-champions tad-dinja wara li għelbu lit-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor konvinċenti ta’ 8-2.  B’wirja stupenda ż-żgħażagħ Maltin xejnu għalkollox l-isfida tal-avversarji u żammew dan it-titlu ġewwa pajjiżna għat-tieni sena konsekuttiva.

It-tim Malti, immexxi minn Noel Cassar, kien kompost minn Jake Castaldi, Steve Muscat, Denzel Falzon u Nick Muscat.

Il-players Maltin Dejan Grech u Ryan Pisani ser ikunu impenjati fil-finali tal-kampjonati tad-doubles kontra l-kopja Karl Sutton u Shane Thompson.