Sfortunatament l-anzjan ta’ 80 sena li kien involut fi splużjoni f’garaxx fis-Swieqi l-Ħadd li għadda, tilef ħajtu l-Isptar Meter Dei aktar kmieni llum.
Il-każ kien seħħ għall-ħabta tas-07.20 fi Triq Qantar meta kawża ta’ ħruġ ta’ gass, seħħet splużjoni qawwija li ħasdet il-madwar.
Xhieda fil-post kienu qalu li l-isplużjoni tant kemm kienet qawwija li l-bieb kbir tal-ħadid tal-garaxx inbeżaq ‘il barra b’tali mod li kkawża xi ħsarat fir-residenza li tiġi fuq l-istess garaxx.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Antoine Agius Bonnici li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>