Ryan Debono ta’ 20 sena mill-Qawra, wieġeb mhux ħati li traffika d-droga, u li fil-pussess tiegħu kellu 57 pillola u borża kokaina.
Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li Debono prova jbigħ id-droga lil mara fi stabbiliment tad-divertiment, fi Fra Ben fil-Qawra. Il-mara infurmat lill-Pulizija, u mill-investigazzjonijiet sabu d-droga fuqu.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, għall-fatt li ilu diġà għal dawn l-aħħar xahrejn bil-police bail, u għalhekk għandu anki jitqies bħala persuna affidabbli, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li Debono jitqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni, filwaqt li jiffirma l-Għassa tal-Qawra darbtejn fil-ġimgħa, u jiddepożita s-somma ta’ €1,000 kif ukoll garanzija personali ta’ €9,000.
//= $special ?>