Sport

Prestazzjoni tajba fl-Kampjonat Ewropew Reġjonali tal-Formula Alpine

Zachary David, is-sewwieq Filippin li jsuq bil-liċenzja maħruġa mill-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport bħalissa qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew tal-Formula Reġjonali mill-Alpine’s (FRECA). Fi tmiem il-ġimgħa ħa sehem fir-4 rawnd fl-Ungerija.

Waqt il-provi tal-Ġimgħa kien diġà jidher li David kien wieħed mill-aktar sewwieqa veloċi madwar iċ-ċirkwit ta’ 4.381 km. Iktar tard ikkonferma dan billi għamel waqt il-kwalifiki tas-Sibt għar-runners ta’ Grupp A, għamel l-aħjar ħin.

David kellu ħarga tajba u immedjatament tefa’ wara sieħbu Tuukka Taponen li beda mill-ewwel pożizzjoni. Iż-żewġ sewwieqa żammew l-ewwel u t-tieni post fost 32 sewwieq sal-aħħar tat-tellieqa. Madankollu, David sab ruħu taħt pressjoni dejjem akbar, u meta kien għad fadal ftit dawriet, kellu kuntatt ma’ kompetitur, spiċċaw barra u qabeż iz-zona tar-runoff. David xorta żamm il-pożizzjoni tiegħu hekk kif is-sewwieqa ta’ warajh ippruvaw jiħdulu t-tieni post. Madankollu, wara t-tellieqa ingħata penali ta’ 10 sekondi, penali li hija sinifikanti u li permezz tagħha tniżżel mit-2 għas-7 post fil-klassifika uffiċjali.

Il-Ħadd beda mit-tieni post u rnexxielu jevita l-kaos tal-ftuħ, li tipikament jinvolvi inċidenti, u jżomm il-pożizzjoni. Iżda b’kuntrast qawwi mal-pass imdaqqas tiegħu fil-ġurnata tas-Sibt, David ma setax jattakka għall-pożizzjoni aħjar u attesta r-reputazzjoni tal-Hungaroring li huwa wieħed mill-aktar ċirkwiti diffiċli biex taqbeż. Fi tmiem is-17-il dawra, huwa ħa l-bandiera fl-istess pożizzjoni li beda fiha, dik fit-12-il post. Kien biss wara t-tellieqa li t-tim induna li David kellu problema teknika zgħira imma li affettwatlu il-prestazzjoni tiegħu drastikament.

Il-Kampjonat Ewropew Reġjonali tal-Formula Alpine (FRECA) jkompli mit-13 sal-14 ta’ Lulju fiċ-Ċirkwit Mugello, fl-Italja, għal-ħames Rawnd fil-kalendarju 2024.

Wara t-tellieqa, il-ħarsa pożittiva ta’ Zachary David ħarġet meta qal li b’mod ġenerali mar mhux ħażin meta nħarsu lejn l-istampa kollha. “Ħadna passi fid-direzzjoni t-tajba. Irridu biss ngħaqqdu kollox flimkien u nkunu hemm fuq b’mod konsistenti. Tlift iċ-ċans li nispiċċa fuq il-podju fl-ewwel tiġrija u ma tantx stajt nagħmel aħjar fit-tieni tiġrija minħabba ħsara teknika. Tlifna punti prezzjużi iżda għad hemm punti pożittivi x’nistenna u titjib għar-rawnd li jmiss tal-Mugello.”

L-ottimiżmu tiegħu għar-rawnd li jmiss huwa sors ta’ tama u ispirazzjoni għal David u dawk kollha li jsegwuh.