Somalu ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi, tilef ħajtu wara li ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding, f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-11:30, fi Triq Manuel Dimech.
Il-Pulizija marret fil-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Somalu ta’ 31 sena ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
//= $special ?>