Lokali

Raġel jitlef ħajtu wara li kien involut f’inċident bil-mutur fiċ-Ċirkewwa

Raġel ta’ 61 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei wara li fid-19 ta’ Ġunju kien involut f’inċident bil-mutur fiċ-Ċirkewwa.

Huwa kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku, u wara ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.