Il-Pulizija ressqet il-Qorti lil raġel Pollakk ta’ 30 sena wara li saru numru ta’ rapporti ta’ serq minn supermarkets ewlenin.
Quddiem il-Maġistrat, il-Pulizija spjegat li minn diversi filmati mill-kameras tas-sigurtà tas-supermarkets, l-akkużat deher jisraq. Sostnew li hu ġie arrestat wara li riċentament ipprova jisraq minn supermarket ieħor iżda twaqqaf minn uffiċjal tas-sigurtà.
Ir-raġel ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih, filwaqt li rrifjuta li jieħu parir legali.
Il-prosekuzzjoni nsistiet li l-piena għandha tkun waħda effettiva hekk kif l-akkużat kien diġà ngħata ċans meta tressaq fuq reat ieħor.
//= $special ?>