“Uliedna jixirqilhom aħjar, l-edukaturi jixirqilhom aħjar.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq il-midja soċjali hekk kif għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil fil-ftehim settorjali tal-edukaturi tal-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat, kif ukoll ma ntlaħaq l-ebda qbil mal-edukaturi tal-MCAST.
Bernard Grech sostna li l-Gvern ta’ Robert Abela abbanduna s-settur tal-edukazzjoni, l-edukaturi u l-uliedna meta minħabba n-nuqqasijiet tagħhom waslu biex il-ftehimiet kollettivi ta’ diversi kategoriji ilhom xhur u snin skaduti.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-istudenti jinsabu f’inċertezza kbira filwaqt li l-edukaturi qed iħossuhom mhux stmati.
Intant, Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-Partit li jemmen fl-importanza tal-edukazzjoni, tal-għalliema, letturi u edukaturi u fil-valur tagħhom lejn is-soċjetà.
//= $special ?>