Il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li l-mexxejja Ewropej għandhom ikunu gwidati mill-messaġġ elettorali li wasslu n-nies ġimagħtejn u nofs ilu.
Waqt li kienet qed tindirizza lill-mexxejja Ewropej fi Brussell, Roberta Metsola qalet li filwaqt li għandu jsir progress fejn jidħlu t-tranżizzjonijiet ambjentali u diġitali, ħadd m’għandu jitħalla lura.
Fl-ewwel jum tas-summit, Roberta Metsola qalet li dan jorbot ukoll mad-diskussjoni dwar il-kompetittività Ewropea; kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll politiku. Filwaqt li ddeskriviet is-Suq Uniku bħala l-akbar mutur ekonomiku tal-UE, qalet li jeħtieġ li jiġi rifless billi l-komunitajiet Ewropej jiġu fuq l-istess livell.
Il-President Metsola laqgħet ukoll il-patt ta’ sigurtà ffirmat mal-Ukrajna waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew – fil-preżenza tal-President Ukren Volodymyr Zelensky.
//= $special ?>