Is-sitwazzjoni fis-sezzjoni tal-infurzar Marittimu ta’ Transport Malta qed tkompli tiddeġenera. Il-Partit Nazzjonalista mhux se jħalli aġir korrott sfaċċat bħal dan jibqa’ għaddej.
Tliet uffiċjali ta’ TM li ġew akkużati f’inkjesta interna, mhux biss baqgħu jaħdmu TM iżda l-Partit Nazzjonalista jinsab infurmat li wieħed b ’mod partikolari nagħta konsulenza ta’ €3,000 fix-xahar biex jaħdem mid-dar.
Dan intqal mill-PN, fi stqarrija maħruġa mid-deputati Ivan Castillo, Mark Anthony Sammut u Darren Carabott.
Il-PN qal li dawn it-tliet uffiċjali kienu parti mix-xiri ta’ RHIBS għal Transport Malta fejn instab li ma kinux tajjeb għall-baħar, fejn dawn l-istess RHIBS ma kinux reġistrat u mingħajr liċenzja. Fejn ġew akkużati wkoll li kienu parti minn kontravenzjonijiet marittimi mitlufa, fejn ġiegħlu lill-uffiċjali ta’ Maratime jigdbu taħt ġurament u li “bbuljaw” lil ta’ taħthom.
Il-Partit Nazzjonalista kien talab investigazzjoni interna, fejn saru numru ta’ akkużi fil-konfront ta’ dawn it-tliet individwi, kif ukoll investigazzjoni mill-Pulizija dwar numru ta’ allegazzjonijiet serji.
Sal-lum għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kontra dawn it-tliet individwi u l-Pulizija għad ma ressqet lil ħadd.
Il-Partit Nazzjonalista jesiġi li Transport Malta tkun trasparenti u toħroġ ir-rapport intern li l-Pulizija tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha, għax donnhom waqfu, u l-Ministru jwieġeb għaliex jekk fl-investigazzjonijiet interni saru numru ta’ allegazzjonijiet fejn ġew konfermati u akkużi li saru, mhux talli ma tteħditx azzjoni talli wieħed ingħata konsulenza.
Il-PN staqsa wkoll x’informazzjoni għandhom dawn it-tliet individwi li tagħtihom impunità, li l-istikka tal-kejl li tintuża magħhom hija differenti mill-ħaddiema l-oħra kollha?
//= $special ?>