EURO 2024 Sport

Familjari tal-plejers Ingliżi attakkati

(Ritratt: EPA)

Numru ta’ familjari tal-plejers Ingliżi kienu wkoll attakkati u milquta minn tazzi tal-birra wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Islovenja. Numru ta’ tazzi wkoll kienu mitfugħa lejn il-kowċ Ingliż Gareth Southgate.

Id-difensur ta’ Aston Villa Ezri Konsa qal li kien hemm numru ta’ familjari u ħbieb li wkoll kienu milquta. Konsa qal li l-plejers huma konxji li l-kowċ tagħhom ukoll kien attakkat filwaqt li stqarr li fil-futbol affarijiet bħal dawn jiġru.