Il-bajjiet popolari tar-Ramla l-Ħamra, Ħondoq ir-Rummien u Marsalforn f’Għawdex, għal sena oħra, reġgħu kisbu l-Blue Flag. Dan ifisser li dawn il-bajjiet laħqu standards għoljin f’erba’ kategoriji ewlenin, dik tal-kwalità tal-ilma, l-immaniġġjar tal-ambjent, l-edukazzjoni ambjentali, u s-sigurtà fil-bajja.
Magħhom issa żdiedet ukoll il-bajja tax-Xwejni, li għall-ewwel darba ngħatat il-“Beach of Quality Award”. Dan huwa pass eqreb biex din il-bajja fit-tramuntana tal-gżira, issir ukoll Blue Flag Beach fil-futur qrib.
L-Beach Management Team jaħdem qatigħ bil-għan li jżomm dawn it-tliet Blue Flags filwaqt li jistinka ukoll biex aktar bajjiet f’Għawdex jiżdiedu ma din il-lista, kif fil-fatt hekk juri li ser jiġri bil-bajja tax-Xwejni.
Il-Blue Flag mhijiex sempliċiment bandiera iżda permezz ta’ dan l-iskrutinju Għawdex tkompli tissaħħaħ bħala gżira li toffri kwalità u eċċellenza lil dawk kollha li jżuruha.
//= $special ?>