Sitwazzjoni ddisprata għal Robert Abela waslitu biex jgħaddi gaffa minn fuq il-letturi billi jinjora d-direttivi tal-MUT u jgħaddi l-istudenti tal-MCAST kollha, anke dawk li fallew mill-eżamijiet u l-prattika.
Fil-fatt, ċirkolari li ntagħtet mill-MCAST tgħid lill-istudenti li għaddew jew le mit-tieni u l-aħħar semestru ta’ din is-sena skolastika se jkunu qed jgħaddu qisu xejn mhu xejn. Dan filwaqt li l-istudenti li m’għaddewx mill-assessjar tal-ewwel semestru xorta waħda se jkollhom jpoġġu għar-resit.
Dan kollu meta l-letturi tal-MCAST ilhom is-snin jiġu mwiegħda pagi aħjar, bl-MUT li kienet daħlet fis-seħħ għadd ta’ direttivi sakemm il-Gvern jasal fi qbil mal-letturi.
U meta għad m’hemmx persuna li se tkun qed tieħu l-irwol ta’ prinċipal biex tmexxi l-MCAST.
//= $special ?>