Ċifri li ħarġu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li ż-Żejtun irreġistra l-ikbar proporzjon ta’ persuni li applikaw għall-benefiċċji soċjali.
Fil-fatt, l-ammont ta’ nies li qed jieħdu benefiċċji soċjali u li huma miż-Żejtun jammontaw għal 4% tal-popolazzjoni.
Din id-data hija relatata mas-sena 2022.
Ir-rapport juri li iktar minn terz tal-popolazzjoni kienu qed jirċievu benefiċċji soċjali; iktar minn 190,000 persuna – ekwivalenti għal 35%.
Inċidentalment, l-Eks Membru Parlamentari Laburista, Silvio Grixti kien tabib tal-familja fil-lokalità taż-Żejtun fejn l-iżjed li rreġistraw persuni għall-benefiċċji soċjali – l-istess tabib li qed jiġi mixli li kien jifforma parti minn grupp kriminali, li wettaq frodi, li ffalsifika dokumenti, għamel dikjarazzjonijiet foloz, ħasil ta’ flus u li xtara proprjetà meta kien jaf li kienet ġejja minn attività kriminali. Dan kollu b’rabta mas-serq mill-benefiċċji soċjali, li fih hemm implikati wkoll nies minn Kastilja li kienu qed jirranġaw lin-nies biex jieħdu benefiċċji tad-diżabbiltà.
Intant, l-inqas ammont ta’ persuni li applikaw għall-benefiċċji soċjali kienu ġejjin mit-Tramuntana tal-pajjiż – il-Mosta, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar.
//= $special ?>