L-eks Prim Ministru tal-Georgia Bidzina Ivanishvili offra bonus ta’ €10 miljuni lill-plejers ta’ pajjiżu wara li għelbu lill-Portugall u avvanzaw għal mal-aħħar 16 tal-EURO 2024.
Il-Georgia li qed ikunu mmexxija mill-kowċ Franċiż Willy Sagnol għelbu lil Portugall 2-0 fejn issa fil-fażi tal-aħħar 16 se jkunu qed jilagħbu kontra Spanja.
Ivanishvili li huwa l-fundatur tal-Gerogia Dream (partit politiku fil-Georgia), kien sar Prim Ministru tal-pajjiż fl-2012. Hu qal li lest ukoll jirdoppja dawn il-flus jekk it-tim jirnexxielu jelimina lil Spanja.
Skond l-Forbes, Ivanishvili għandu viċin €5 biljuni fil-kont tiegħu.