Liġi li se tiħdol fis-seħħ fi żmien xahrejn se tkun qed tirregola il-pet grooming, il-pet sitting, kif ukoll il-pet boarding.
Skont il-liġi, kull grooming establishment irid ikun reġistrat mal-Animal Welfare Directorate. Kull persuna li bħalissa topera bħala pet groomer għandu ċans ta’ xahrejn biex jirreġistra. Dan is-servizz se jkun offrut għal qtates, klieb, u anke annimali oħra bħal fniek.
Il-ħaddiema għandhom ikollhom il-kwalifiċi neċessarji, u għandhom iżommu r-rekords għal sena biss filwaqt li għandhom ikollhom ukoll CCTV kamera għal perjodu ta’ għaxart ijiem.
Is-servizz ta’ pet boarding kif ukoll ta’ pet sitting, madanakollu, se jkun offrut biss għall-klieb u l-qtates.
Kull min se jkun qed joffri dan is-servizz għandu jirreġistra fi żmien sitt xhur waqt li għandu jinżamm rendikont tal-annimali għal sentejn biss.
Mistoqsi minn Net News, il-Minisitru Anton Refalo ma weġibx dwar min se jkun qed jagħmel dawn l-ispezzjonijiet u evita wkoll milli jwieġeb dwar x’se jkun qed jiġri f’każ li l-pet groomers, pet sitters u pet boarders ma jkunux qed iżommu mal-istandards.
Il-Ministru Refalo jibqa’ jirreferi għal-liġi… liġi li għad trid tidħol fis-seħħ fi żmien xahrejn, u għadha ma ġietx ippubblikata fuq il-gazzetta skont il-proċedura. Dan hekk kif ir-regolamentazzjoni għall-professjonisti għadhom qed jiġu mfassla.
//= $special ?>