Formula 1 Sport

Max Verstappen fuq quddiem fl-iSprint Race

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen se jkun qed jibda fuq quddiem nett fl-iSprint Race fil-Grand Prix tal-Awstrija.

Verstappen għeleb l-isfida ta’ Lando Norris u Oscar Piastri biż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren se jkunu qed jibdew fit-tieni u t-tielet post rispettivament. Warajhom se jibdew George Russell ta’ Mercedes u Carlos Sainz ta’ Ferrari.

Charles Leclerc ma rnexxielux jagħmilha mal-ewwel għaxra filwaqt li Lewis Hamilton kellu numru ta’ żbalji u se jibda mis-sitt post quddiem Sergio Perez.

L-aħħar żewġ Grad Prix kienu missielta bejn Max Verstappen u Lando Norris u l-istess ħaġa jidher li se jkun qed jiġri f’dan il-Grand Prix.