Sport Waterpolo

Rebħiet għal San Ġiljan, Valletta u Sirens… il-Ġiljaniżi l-aktar li tħabtu


Wara l-impenji tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena fil-Kampjonat tad-Dinja, il-Kampjonat tas-Sajf irritorna bi tliet logħbiet mill-Fażi Preliminari. Il-konfront bejn San Ġiljan JP Projects u Birżebbuġa Freeport kien l-aktar bilanċjat mit-tliet logħbiet.

Il-Ġiljaniżi ma kinux fl-aqwa forza tagħhom u kien biss fit-tieni parti tal-logħba li ddominaw. Dan għaliex Birżebbuġa fi tliet okkażjonijiet jew aħjar 1-1, 3-3 u 5-5 u saħansitra temmew it-tieni sessjoni 6-5 minn fuq b’gowl ta’ Alberto Barroso.

It-tim ta’ Zeljko Kovacic dawru r-riżultat fit-tielet sessjoni b’ħames gowls konsekuttivi fosthom doppjetta ta’ Jeremy Abela. Birżebbuġa pruvaw jibqgħu fil-logħba u naqqsu d-distakk għal 11-8 sakemm San Ġiljan aċċertaw mir-rebħa fl-aħħar sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi.

Valletta Izibet komplew jikkonfermaw posthom bħala t-tieni tim fi Grupp B u post fil-Kampjonat Premier. Ir-rebħa kontra Marsaskala Optima waslet bi prestazzjoni effettiva. Valletta bnew vantaġġ ta’ 4-1 bl-uniku reazzjoni tal-Iskalin tasal meta naqqsu d-distakk għal gowl biss. Il-Beltin żiedu l-vantaġġ għal 7-3 sal-ewwel nofs tat-tieni sessjoni u daħlu jistrieħu 9-4 minn fuq.

Jekk kien hemm bżonn, Valletta aċċertaw mit-tliet punti bi tliet gowls fl-ewwel żewġ minuti tat-tielet sessjoni. Minn hemm komplew jikkontrollaw u fl-aħħar sessjoni kellhom l-opportunità li jkabbru r-rebħa, bis-solitu Ivan Nagaev jispikka bi tripletta.

Sirens ukoll ma tħabtux biex għelbu lil Exiles Welbee’s 19-8. Huma sabu x-xibka ħames darbiet fl-ewwel sessjoni bl-uniku risposta ta’ Exiles waslet biss b’gowl ta’ Nicky Paris li kien naqqas id-distakk parzjali għal 3-1. Il-kollettiv kompla jispikka fit-tim ta’ Sirens u l-vantaġġ kiber għal 10-1 fit-tieni sessjoni.

Exiles setgħu biss jippruvaw jillimitaw id-danni. Sirens xorta baqgħu fil-kmand assolut u kabbru d-distakk gradwalment, b’Julian Chircop u Jake Cachia ssiġillaw ir-rebħa b’gowls fl-aħħar minuta tal-logħba.

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…….. 15

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 8

(3-1), (2-5), (6-3), (4-0)

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (1), M. Zammit (2), J. Bonavia (2), B. Plumpton (1), J. Abela (3), N. Zammit (3), D. Zammit, N. Schiavone (1), G. Borg, G. Bonavia (1)

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina, N. Cassar, B. Grech (2), S. Bezzina, M. Manara, A. Barroso (4), M. Cassar, D. Farrugia, M. Cutajar, G. Mannino, M. Curmi (2), S. Livori, D. Incorvaja

Referees: Alex de Raffaele, Antonio Barra

MARSASKALA OPTIMA……….. 9

VALLETTA IZIBET………………. 21

(3-5), (1-4), (4-5), (1-7)

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, E. Manzi (2), J. Pace Mizzi (1), M. Carani (2), R. Greco (1), K. Navarro (1), M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (1), J. Ciantar (1), M. Agius, L. Gatt, J. Colombo

Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (3), J. Sciberras (2), S. Busuttil, K. Borg, M. Zammit (3), I. Nagaev (10), S. Micallef, A. Agius (2), M. Chircop (1), K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca

Referees: Ronnie Spiteri, Mattia Gomez

EXILES WELBEE’S……………. 8

SIRENS………………………… 19

(1-5), (2-6), (2-4), (3-4)

Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, D. Pace Lupi (1), M. Martellacci (2), D. Gogov, K. Griscti (2), N. Paris (1), N. Bonavia, M. Fenech, N. Saliba (1), G. Galea Curmi, M. Paris Roding

Sirens: M. Bonello Dupuis, P. Serracino (1), K. Erdogan (1), P. Borg (2), J. Cachia (3), K. Agius, D. Merkulov (2), J. Chircop (2), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (2), M. Sciberras (1), M. Azzopardi (3), J. Parnis, M. Ortoleva

Referees: Peter Balzan, Antonio Barra

Grupp A

LRDTFKPti
San Ġiljan330066269
Valletta330056269
Marsaskala310236453
Birżebbuġa310232453
Ta’ Xbiex200217380
Barracudas200218450

Grupp B

LRDTFKPti
Neptunes220039136
Sliema220037236
Sirens320146356
Marsaxlokk210131343
Otters200220360
Exiles300325570

Logħob għas-Sibt 29 ta’ Ġunju

Marsaxlokk v Neptunes 5.30pm, Sliema v Otters 6.45pm, Barracudas v Ta’ Xbiex 8.00pm