Sport

Selezzjoni tal-Malta Rugby League kontra Oxford University

Aidan Demicoli, Jean Scholey u Kyle Gauci

Is-selezzjoni tal-Malta Rugby League se tkun fl-azzjoni fil-grawnd tar-Rugby fil-Marsa, illum, kontra Oxford University Rugby League Club, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Varsity Cup.

Is-selezzjoni Maltija mmexxija mill-kowċ nazzjonali Philip Humphrey megħjun minn Jonas Nahon u Anthony Micallef, hija magħmula minn 19-il plejer li ħmistax minnhom jilagħbu fil-kampjonal Malti u jirrappreżentaw il-klabbs kollha affiljati mal-Malta Rugby League.

Fost l-erba’ plejers residenti barra pajjiżna mistenni jiddebutta għal Malta l-plejer ta’ sittax-il sena Harrison Jewitt, li jilgħab ma’ Castleford Tigers Academy.

Ir-referee tal-partita fil-logħba bejn is-selezzjoni Malta Rugby League u Oxford University Rugby League Club, se jkun Phil Kingsman.