Sitt partitarji Ingliżi ġew sospiżi wara li kienu nvoluti f’inkwiet fil-partita kontra s-Serbja fi Gelsenkirchen fi draw ta’ 0-0.
Il-pulizija Ingliża flimkien ma’ dik Ġermaniża kienu qed jaħdmu flimkien matul l-EURO 2024 sabiex jaċċertaw li ma jkunx hemm inkwiet mill-partitarji Ingliżi.
Todd Hines, Liam Jackson, u Kyran Alcock weħlu sentenza ta’ tliet snin fejn se jkunu sospiżi minn kull partita kemm domestika u anke dik internazzjonali filwaqt li Lewis Dosworth, Jack Hatton u Gary Mclvor weħlu ħames snin.
//= $special ?>