Lokali

Tintemm b’suċċess il-maratona ALIVE Cycling Challenge ta’ 1200km minn Milan sa Girona

36 ċiklist temmew b’suċċess il-maratona ALIVE 24 Cycling Challenge hekk kif iċiklisti irnexxilhom jivjaġġaw minn Milan sa Girona, b’total ta’ 1200km f’sebat ijiem. Din il-maratona kienet ta’ sfida kemm fiżikament kif ukoll mentalment, però kienet ta’ suċċess sforz il-motivazzjoni li kellhom iċ-ċiklisti kollha li kontinwament taw l-appoġġ lil xulxin.

Din il-maratona saret bil-għan li jinġabru fondi b’risq ir-riċerka dwar il-kanċer fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Min jixtieq jista’ jagħti d-donazzjonijiet fuq

Paypal: https://bit.ly/Alivedonation

BOV mobile: +356 9999 9654