Id-difensur u captain tat-tim nazzjonali Olandiż qal li jifhem il-kritika indirizzata lejn it-tim Olandiż wara li huma kwalifikaw permezz tat-tielet post minn Grupp A.
Dan wara li fl-aħħar partita tal-grupp huma tilfu kontra l-Awstrija 3-2. Van Dijk qal li jifhem u jilqa’ l-kritika li saret lejn it-tim Olandiż u qal li jista’ jkun li marru għal dan it-tournament b’ċerta kunfidenza żejda.
Hu żied jgħid li mhux il-mod tattiku li lagħbu bih kien ħażin fil-partita kontra l-Awstrija iżda l-mentalità li biha niżlu għal din il-partita. Id-difensur ta’ 32 sena kien ukoll kritikat b’mod aħrax mill-eks plejer Olandiż Rafael van der Caart fejn li van Dijk wera nuqqas ta’ ħeġġa u anke l-prestazzjoni tiegħu ma kinitx waħda ta’ livell.
F’risposta għal din il-kritika, van Dijk qal li jaf li jista’ jagħmel aħjar u fil-jiem li ġejjin se jkun qed jagħmel minn kollox biex il-prestazzjoni tiegħu titjieb.
L-Olanda li l-aħħar darba li rebħu l-Kampjonati Ewropej kien 36 sena ilu jridu jtejjbu l-prestazzjoni tagħhom fil-fażi tan-knockout meta issa jilagħbu kontra r-Rumanija nhar it-Tlieta.
//= $special ?>