Il-Gvern Laburista qed jibqa’ jkaxkar saqajh sabiex pajjiżna jkollu inċineratur. Wiegħda li ilha ssir għal snin sħaħ iżda s’issa għadu ma sar xejn dwar dan.
Mhux talli hekk, talli l-kelma inċineratur qas biss tissemma’ mqar darba li hi darba fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għas-sena 2022.
B’differenza, il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar snin jappella lill-Gvern biex ikun parzjali u jassigura li ikun hemm tender bla ebda kunflitti t’interess.
F’konferenza tal-aħbarijiet li ndirizzaw ix-Shadow Ministers, Rebekah Borg u Ryan Callus intqal kif kienet propju l-Qorti tal-appell li annullat tender għall-inċineratur ta’ €600 miljun.
Quddiem dan, Rebekah Borg staqsiet min huma dawk il-persuni responsabbli għall-fatt li kien hemm kunflitt ta’ interess. Sitwazzjoni li mhux l-ewwel darba li rajniha sseħħ sforz l-inkompetenza tal-Gvern Laburista u din wasslet għal miljuni ta’ ewro li nħlew matul l-aħħar snin.
Ryan Callus fakkar kif il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jipproponi għal proġett ta’ inċineratur u kieku l-Gvern Laburista beda jaħdem favur dan, l-inċineratur ilu jopera għal dawn l-aħħar sentejn. Iżda minflok qed jagħżel li jipprova jagħti tenders lil dawk tal-qalba, b’pajjiżna għadu jarmi l-iskart fil-magħtab.
//= $special ?>