Lokali

Għall-Partit Nazzjonalista r-riċerka u l-innovazzjoni huma pilastru ewlieni tal-viżjoni ekonomika

Il-Partit Nazzjonalista jagħmel referenza għall-Avviż Legali 112/2024 dwar it-twaqqif tal-aġenzija Xjenza Malta, li se tkun qed tassumi l-funzjonijiet ta’ dik li llum hi l-MCST (Malta Council for Science & Technology).

Fid-dawl tal-kritika u s-suġġerimenti li saru fil-Peer Review – Maltese Research and Innovation System (2019), l-avviż legali kif propost mill-Gvern mhux qed jindirizza l-problemi li pajjiżna għandu f’dan is-settur u żgur li mhux se jkun is-soluzzjoni li pajjiżna għandu bżonn.

L-Oppożizzjoni għandha żmien stipulat mil-liġi biex tressaq l-emendi tagħha għal dan l-Avviż Legali. Fil-fatt, hi l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni li tressaq numru ta’ emendi bl-għan li mhux biss isir dibattitu fil-Parlament dwar din il-bidla, iżda biex ikun hemm kunsens nazzjonali fuq id-direzzjoni li jrid jieħu pajjiżna fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Dan ħareġ fi stqarrijja mil-Partit Nazzjonalista immexxijja mix-Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Ryan Callus, u ix-Shadow Minister għall-Amministrazzjoni Pubblika, ix-Xandir Pubbliku u l-Ġlieda Kontra d-Dijabate, Claudette Buttigieg.