Snin twal ta’ stennija, Sptar Ġenerali mifni bi frodi, skandli, u wegħdi minn diversi amministrazzjonijiet Laburisti li wasslu għal żewġ kundanni minn żewġ sentenzi tal-Qorti għad-detriment tas-saħħa tal-familji.
U wara li grazzi għal ħidma fil-Qorti tax-Shadow Minister Adrian Delia flimkien mal-Partit Nazzjonalista il-Maltin u l-Għawdxin ħadu l-isptarijiet lura f’idejhom – il-Gvern spiċċa bl-isfida tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’ħoġru.
Dan hekk kif filwaqt li huwa konfermat li kemm Vitals kif ukoll Steward Healthcare m’għamlu ebda xogħol infrastrutturali b’rabta ma’ dan l-isptar, issa l-Ministru Jo Etienne Abela qed jisħaq li l-Gvern għaddej bi tħejjijiet u pjanti b’rabta mal-bini tal-isptar il-ġdid.
F’mistoqsija parlamentari li saritlu tul il-jum tal-Erbgħa mid-Deputat Adrian Delia, JoEtienne Abela sostna li l-bini ta’ dan l-isptar se jdum 7 snin.
Għaldaqstant il-Ħamis filgħodu Net News staqsa lill-Ministru x’timeframe għandu – b’Abela jisħaq li ż-żmien stipulat jibda meta jibda l-bini propju; iżda meta se jibda x-xogħol għalissa l-Gvern għad m’għandux idea.
Mistoqsi jekk hux lest jerfa’ responsabbiltà jekk dan iż-żmien imwiegħed ma jintlaħaqx, għaliex ta’ qablu ħadd ma refa’ xi tip ta’ responsabbiltà….huwa qal li lest jitkellem għalih biss.
//= $special ?>