Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-ftehim bejn il-Kunsilliera Lokali eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista u l-Kunsillier Indipendenti Matthew Borg Cuschieri biex jiġi assigurat li tkun riflessa x-xewqa tal-Melliħin kif espressa fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-lokalità.
Għaldaqstant dan il-ftehim se jwassal biex Gabriel Micallef jiġi maħtur Sindku u Matthew Borg Cuschieri jiġi maħtur Viċi Sindku għall-5 snin li ġejjin.
Il-Kunsilliera Lokali qablu ukoll li se jkun qiegħed jiġi implimentat il-programm elettorali li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa filwaqt li se jaraw li kull proposta oħra li saret matul il-kampanja elettorali tiġi kkunsidrata għall-ġid tal-lokalità.Il-Partit Nazzjonalista jawgura lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-ħidma tiegħu b’risq il-komunità.
//= $special ?>