Konfront delikat fir-round tal-aħħar 16 għat-tim imexxi minn Julian Nagelsmann hekk kif se jkun qed jilgħab kontra d-Danimarka, tim li wera l-potenzjal tiegħu matul din il-kompetizzjoni fejn spikka d-draw kontra l-Ingilterra. Il-Ġermanja kwalifikaw l-ewwel minn Grupp A b’total ta’ seba’ punti fejn kellhom bidu mill-aqwa b’rebħa kbira fuq l-Iskozja.
Id-Danimarka minn naħa l-oħra kwalifikaw permezz tat-tieni post minn Grupp Ċ meta kisbu tliet draws fit-tliet partiti li lagħbu.
Julian Nagelsmann qal li t-tim tiegħu ħa ħafna riskji fl-aħħar partita tal-grupp li lagħbu kontra l-Iżvizzera u qal li din il-partita kienet test tajjeb għal din il-fażi tal-kompetizzjoni.
Kasper Hjumland kowċ tad-Danimarka qal li l-plejers tiegħu jrid jemmnu fil-pjan tattitku tagħhom u jridu juru kuraġġ matul il-partita kollha. Hu stqarr li t-tim tiegħu m’huwiex il-favorit li jikkwalifika iżda se jkunu qed jagħtu l-100%
Il-Ġermanja se jkunu mingħajr id-difensur ċentrali Jonathan Tah filwaqt lid-Danimarka se jkunu mingħajr Morten Hjumland. Il-Ġermanja huma fost l-aktar timijiet li skorja matul din il-kompetizzjoni hekk ukoll għandhom żewġ plejers jisfidaw għar-rebħ taż-Żarbun tad-Deheb.
//= $special ?>