Formula 1 Sport

L-aħjar ħin għal Verstappen fl-Awstrija

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen kiseb l-40 Pole Position fil-karriera wara li għeleb lil Lando Norris fil-provi uffiċjali għall-Grand Prix tal-Awstrija. Verstappen li aktar kmieni lbieraħ rebaħ it-tellieqa Sprint, bl-aħjar ħin ta’ 1:04.314 u b’distakk ta’ 0.404 ta’ sekonda minn Lando Norris ta’ McLaren. L-Olandiż kien ilu tliet tlielaq ma jikseb l-aħjar ħin iżda kien l-ewwel f’kull sessjoni ta’ tmiem il-ġimgħa fiċ-ċirkwit ta’ Spielberg.

It-tieni u t-tielet filliera se tkun magħmula minn sewwieqa ta’ Mercedes u Ferrari, b’George Russell u Lewis Hamilton se jibdew qabel Carlos Sainz u Charles Leclerc rispettivament, b’tal-aħħar jagħmel żball fl-aħħar tentattiv tiegħu. Is-sewwieq l-ieħor ta’ McLaren Oscar Piastri għamel it-tielet l-aħjar ħin iżda l-ħin tħassar minħabba li qabeż il-linja taċ-ċirkwit u se jkollu jibda mis-seba’ post.

Aktar kmieni fit-tellieqa Sprint, Verstappen għeleb l-isfida taż-żewġ sewwieqa ta’ McLaren wara li fl-ewwel dawriet kien pressat mhux ftit minn Norris u Piastri biex kiseb tmien punti oħra fil-klassifika. George Russell, Carlos Sainz, Lewis Hamilton, Charles Leclerc u Sergio Perez daħlu fl-ordni u kollha żiedu l-punti fil-klassifika.

Kif se jibdew

1. Max Verstappen (Red Bull)    1:04.314

2. Lando Norris (McLaren)         1:04.718

3. George Russell (Mercedes)  1:04.840

4. Carlos Sainz (Ferrari)              1:04.851

5. Lewis Hamilton (Mercedes) 1:04.903

6. Charles Leclerc (Ferrari)        1:05.044

7. Oscar Piastri (McLaren)         1:05.048

8. Sergio Perez (Red Bull)            1:05.202

9. Nico Hulkenberg (Haas)         1:05.385

10. Esteban Ocon (Alpine)         1:05.883

___________________________________________________

11. Daniel Ricciardo (RB)            1:05.289

12. Kevin Magnussen (Haas)     1:05.347

13. Pierre Gasly  (Alpine)             1:05.359

14. Yuki Tsunoda (RB)                   1:05.412

15. Fernando Alonso (Aston Martin)      1:05.639

__________________________________________________

16. Alexander Albon (Williams)               1:05.736

17. Lance Stroll (Aston Martin) 1:05.819

18. Valtteri Bottas (Kick Sauber)              1:05.847

19. Logan Sargent (Williams)   1:05.856

20. Zhou Guanyu (Kick Sauber)               1:06.061