Żagħżugħ ta’ 28 sena, ma nstabx ħati mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera f’ġuri li stupra eks kollega studenta u għal xi perjodu l-partenr tiegħu fil-karozza u dan għaliex mix-xhieda ħareġ li l-akkużat m’għandux dawn it-tendenzi, anzi huwa kien jieħu ħsieb sew lit-tfajla tiegħu li kellha ħajja diffiċli u kien anke jgħinha fl-istudji tagħha. Huwa nstab ħati biss li wettaq atti sesswali f’post pubbliku u ngħatat sentenza sospiża.
L-akkużat li kien kollega tal-istudenta l-MCAST kien għamel perjodu joħroġ magħha iżda f’mument minnhom deher li ried iwaqqaf ir-relazzjoni bit-tfajla tgħid lill-Pulizija li huwa sfurzaha tagħmel atti sesswali u li kien vjolenti magħha fil-karozza fejn stabbiliment tal-ikel f’Ħal Qormi. II-ġuri sar bla ġurati fejn iż-żagħżugħ kien qed jiġi mixli li wettaq dan l-istupru f’Diċembru tal-2019.
L-eks mara tal-akkużat irrabbittiet dak kollu li qalet l-allegata vittma ta’ 25 sena, li l-akkużat kien juża vjolenza waqt is-sess, anzi qalet li huwa kien jagħti ħafna każ ta’ din it-tfajla u kien jinkwieta ħafna fuqha u dan minħabba t-trobbija tagħha fejn kellha problemi mal-familja tagħha u spiċċat tgħix f’istitut.
Id-difiza mmexxija mill-Avukati Franco Debono u Mario Mifsud tellgħet hames xhieda li kollha ddeponew b’mod pozittiv fuq il-karattru tal-akkużat, fosthom l-ex mara tiegħu, li kienet ilha f’relazzjoni miegħu għal madwar disa’ snin. Din iddiskreviet lill-akkuzat bhala ‘teddy-bear’ u ‘people pleaser’.
Qalet, kif qalu wkoll xhieda oħra – li kuntrarjament għal dak li ppruvat tpinġi l-allegata vittma, tiddeskrivi lill-akkużat bħala bniedem kalm, responsabbli u qalbu tajba. L-eks mara tal-akkużat xehedet ukoll li hi kienet taf lit-tfajla mill-MCAST u li tafha bħala persuna ‘li dejjem bl-inkwiet’ u li l-akkużat anke meta kien ghadu miżżewweġ lilha, kien jinkwieta għaliha u għall-‘well-beingż tagħha li saħansitra ġieli anke kien jgħid lil ommu twassalha.
Ix-xhieda kollha sostnew li qatt ma raw lill-akkużat jaġixxi b’mod aggressiv, anke f’sitwazzjonijiet fejn kien ikun ġustifikat li dan kellu jirrabja jew taqbiżlu xi ftit. Inċident ieħor li attira l-attenzjoni tal-Qorti fir-rigward tal-manjiera ta’ kif l-akkużat kien iġib ruġu mal-kollega tiegħu, kien per eżempju kitbilha f’messaġġ li kien lest li ma jidholx f’attività sesswali magħha (minkejja li kienu t-tnjen attivi flimkien) għal xahar sħiħ, wara li hi kienet rat xi demm.
Dan hu ndikattiv illi l-akkużat kien bniedem li jieħu hsieb is-saħħa ta’ ħaddieħor. Il-Qorti qalet ukoll li ma tistax ma tagħmilx aċċenn ukoll għall-inċident li seħħ fil-karozza wara l-allegat stupru fejn it-tfajla waddbet il-gallettini li kien hemm fil-parti ta’ fuq tal-basket bl-affarijiet tagħha, li ġie rritornat lilha u l-akkużat qabad l-istess galletini u poġġihom fuq wara, bla ebda kjass ta’ xejn.
Saret referenza wkoll għal dakinhar stess meta l-akkużat wassalha ġewwa l-home u qalilha sabiex ma ssabbatx il-bieba tal-karozza hija u ħierġa minnha, iżda hi għamlet propju l-oppost u sabtet il-bieba. Dan l-għemil għandu riflessjoni negattiva fuq il-karattru tat-tfajla.
Hi qalet li kienet tħoss li l-akkużat kien jużaha biss għas-sess u kienet tgħamillu aċċenn għall-fatt li kien għad kellu ritratti tal-eks mara tiegħu fuq Facebook personali tiegħu. Tirreferi għalih li huwa persuna li għandu ‘baggage’ ghax huwa bniedem separat u li kienet ixxukjata meta saret taf li huwa ma kienx għarraf lil genituri tiegħu bil-fatt li kien iżżewweg.
Infatti jista’ jinghad illi hi titkellem b’mod negattiv ħafna fuq l-akkużat minkejja li kemm hu kif ukoll familtu u dan qalitu hi stess offrilha sapport kemm fir-rigward tal-istudji tagħha u anke b’mod personali. Dan sar ripetutament tul ix-xhieda tagħha u dan indipendentament minn meta kienet qed titkellem dwar l-akkadut li wassal għall-ħruġ tal-ewwel akkuża, dik ta’ stupru.
Jingħad ukoll bla tlaqliq illi t-tfajla tipprova tagħti impressjoni li l-akkużat hu raġel ossesjonat bis-sess u mhux hekk biss iżda b’’rough sex’. In realtà jirriżulta għas-sodisfazzjon tal-Qorti li kienet hi li ntroduċiet u nsistiet li jkollha ‘rough sex’ mal-akkużat tant li riedet li hu juża l-manetti fuqha, u fost affarijiet oħra jagħtiha fuq wiċċha meta mix-xhieda prodotta jirriżulta biċ-ċar kemm minn dak li qal xhud minnhom u l-eks mara tal-akkużat, li hu ma kellux esperjenza f’dan ir-rigward u li hu kien abitwat li jipprattika sess normali.
Fil-fatt l-ex mara ta’ l-akkużat tgħid li kieku żewġha kien irid ‘rough sex’ ma kientix tippermettih. Il-Qorti tirrileva wkoll anke mix-xhieda tal-allegata vittma stess, l-familja tal-akkużat kienu ta’ wens għaliha, aċċettawha ġewwa darhom u kienu wkoll jgħinuha fil-bżonnijiet tagħha.
Minkejja dan tipprova tpinġi kwadru li l-akkużat ma kienx f’relazzjoni tajba mal-ġenituri tiegħu tant li lanqas kien qalilhom li kien iżżewweġ. Jirriżulta pero’ mill-provi li dan seħħ fuq talba tal-eks mara tal-akkużat għar-raġunijiet imputabbli lilha.
Di piu jirriżulta li l-akkużat għandu relazzjoni tajba tant li anke waqt is-smigħ ta’ dan il-ġuri gew ituh is-sapport tagħhom. Id-difiża ssostni illi l-att sesswali li seħħ nhar it-2 ta’ Dicembru, 2019 fil-parking tal-Burger King, Ħal-Qormi kien wiehed konsenswali, u li hi rreaġixxit kif irreaġixxit għax l-akkużat ma riedx ikompli b’din ir-relazzjoni u peress li din kienet għadha thobbu ħassitha riġettata mill-imħabba tieghu u ghalhekk wara li seħħ dak li sehh ikkreat storja illi l-att kien wieħed kontra l-volontà tagħha.
Ma hemmx dubju anke minn dak li hi qalet illi minkejja li kienet baghtet messaġġ lill-akkużat sabiex twaqqaf ir-relazzjoni, hi kienet għadha tħobbu tant li jumejn wara li bagħtet din l-ittra fost messaġġi oħra li bagħtitlu, hi qaltlu li kienet qed timmisjah ħafna u meta talabha sabiex jerġgu jiltaqgħu jumejn wara hija aċċettat minkejja li qalet preċedentament li ma riditx tiltaqa’ miegħu għax kienet taqa’ ghalih.
Kien f’din l-okkażjoni illi spiċċat fil-vettura Mazda Demio fil-parking ta’ Burger King meta seħħ l-allegat fingering fil-parti privata tagħha. Dakinhar qalet li l-akkużat weġġagħa pero xorta rnexxilha spiċċat sodisfatta b’dak li ġara.
Fl-ebda ħin hi ma tagħti spjega ta’ kif l-akkużat irnexxilu jiftħilha saqajha kontra l-volontà tagħha u dan b’id wahda. Fl-ebda ħin ma tgħid illi hija għamlet xi movimenti b’ġisimha sabiex tirriġettah salv li tgħid li mbuttatlu idu ‘l hemm. Mistoqsija jekk kellhiex xi tbenġil jew feriti kaġun ta’dan l-aġir allegatament abbużiv tgħid li ma kellhiex u minkejja n-natura tal-każ, il-pulizija ma ħassewx il-bzonn sabiex hi tiġi ezaminata medikament.
Jidher ċar li l-passat tagħha, li hija ma thossix sew meta rinfaċċata bi break-up u li toħodhom bi kbar, tant li mill-provi jirriżulta li meta preċedentament u cioe’ fis-sena 2017, kellha break-up mal-għarus tagħha ta’ dak iż-żmien, hi kienet hadet ‘overdose’ ta’ panadols u spiċċat għamlet ġimgħa rikoverata l-isptar fis-psychiatric unit.
Il-Qorti qalet li ma thossx illi għandha s-serħan tal-moħħ li l-akkuża ta’ stupru tirriżulta ppruvata u dan għaliex filwaqt li il-prosekuzzjoni ma rnexxilix tilħaq il-livell mistenni minnha u cioe’ ‘l hinn minn kull dubju dettat mir-raġuni, id-difiħa li m’hix obbligata tressaq l-ebda prova, rnexxilha permezz tax-xhieda mressqa minnha toħloq dubju raġonevoli u dan sal-livell tal-probabbli hekk kif rikjest mill-liġi li l-att sesswali ta’ fingering fil-parti privata seħħ bil-volonta’ taz-zewg partijiet.
Huwa nstab ħati li seħħew atti sesswali li offenda l-pudur jew il-morali b’egħmil żieni li sar fil-pubbliku jew f’lok espost għall-pubbliku. Il-Qorti filwaqt li kkwotat sentenzi oħra qalet li ma hemm l-ebda dubju li dan l-attt seħħ u kkundannat liż-żagħżugħ gimghatejn prigunerija sospiza ghal sena fejn qieset ukoll l-fedina penali netta tal-istess akkuzat u in vista tan-natura tal-atti sesswali li gew magħmula bejn zewg adulti.
Kif il-każ wasal s’hawn minn Dar Fatima, l-MCAST u wara l-istudju
Il-każ jikkonċerna żagħżuha li lura fit-2 ta’ Diċembru tal-2019 kienet għada kif għalqet 25 sena. Żagħżuha ferrihiha li kienet ġejja minn żogħżija iktar problematika minn dik li wieħed jimmaġina, u dan għaliex ta’ età tenera hi kienet telqet mid-dar minħabba problemi li kellha mal-familja u marret toqgħod ġewwa ‘Dar Fatima’.
Il-prosekuzzjoni fl-ispjegazzjoni tagħha qalet lill-Qorti li minkejja dawn il-problemi li kellha fil-ħajja personali tagħha, hi kompliet tipprova tistudja u ssegwi l-ħolm li kellha li tkompli l-istudji tagħha. Kien fil-fatt permezz tal-istudju tagħha li hi ltaqat ma’ dik il-persuna illi kienet se tirvinalha ħajjitha, u tikkaġunalha hsara harxa psikoloġika.
L-istorja bejn din s-sinjorina u l-akkużat fil-fatt kellha bidu numru ta’ snin qabel l-akkadut, meta huma fil-fatt kienu ltaqaw u bdew jistudjaw flimkien l-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST). Dak iż-żmien kienu jitkellmu fuq studju, fuq l-affarijiet differenti li kellhom x’jaqsmu mal-iskola, għal dawk iż-żminijiet il-komunikazzjoni ta’ bejniethom għalhekk kienet spiss dwar l-iskola.
Pero, hi kienet tmur għandu għal pariri ukoll, hi spjegat li huma kienu ħbieb pero dak iż-żmien tal-MCAST, ma kien hemm xejn iktar ħlief ħbiberija bejniethom. Wara li spiċċat is-sena skolastika l-MCAST, hi u l-akkużat ma baqgħux jitkellmu u nqataw minn xulxin għal-kollox. Kien fil-fatt, numru ta’ snin wara, u cioe’ fis-sajf tal-2019, madwar ix-xahar ta’ Awwissu illi l-akkużat reġa għamel kuntatt magħha permezz ta’ ‘social media messenger’.
Kien kellimha, saqsiha kif inhi, x’qiegħeda tagħmel b’ħajjitha u kien qalilha ukoll li kien temm r-relazzjoni mal-partner preċedenti tiegħu. Hu ftiehem magħha ukoll sabiex jiltaqgħu fil-31 ta’ Awwissu 2019. Kien nhar ta’ Sibt filgħaxija, lejl tipikament sajfi ta’ Malta, kien hemm sens ta kalma kif spiss jiġri lejn l-aħħar tas-sajf, iżda il-maltempata l-kbira kienet għadha ġejja, qalet il-prosekuzzjoni.
Kienu marru tas-Sliema u minn hemm kienet bdiet tip ta’ relazzjoni amoruża bejniethom. Fil-bidu, kollox kien sejjer tajjeb, iżda l-affarijiet bejniethom malajr aggravaw ruħhom. Ir-relazzjoni ma kelliex ħajja twila, it-tfajla ma damitx biex indunat li hu ma kienx il-persuna ideali għaliha, skont ma qalet hi lill-Pulizija.
Qalet li lilha ma kienx jittrataha tajjeb, anzi, fil-fatt, waqt li kien ikollhom x’jaqsmu ma xulxin, kien ikun vjolenti magħha u ġieli kien iweġġagħha u hi saħansitra kien ikollha anke demm fil-partijiet intimi tagħha bħala riżultat ta’ din il-vjolenza sesswali.
Hi kienet tħoss li hu kien joħroġ ir-rabja li kellu fuqha. Kien fid-29 ta’ Novembru tal-2019, tliett xhur biss wara li bdiet ir-relazzjoni u jumejn qabel egħluq il-25 sena’ tagħha, wara numru ta ljieli ta’ inkwiet u nuqqas ta’ rqad li ddeċidiet li ma kenitx se tkompli r-relazzjoni ta’ bejniethom.
L-akkużat ma kienx kuntent li temmet ir-relazzjoni u għaldaqstant beda jibgħatilha għadd ta’ messaġġi ta’ rabja. Minkejja dan, u wara insistenza tiegħu, fit-2 ta’ Dicembru 2019, hi aċċettat li tiltaqa miegħu u dan peress li riedet li r-relazzjoni tintemm ukoll b’hekk u ma tkunx intemmet biss permezz tal-messaġġ.
Huma ftiehemu li jiltaqaw il-Belt Valletta, wara li hi lestiet mix-xogħol u wara event li kellha ma kollegi tagħha. Iltaqgħu ħdejn il-ħanut ‘Jubilee’, u mbgħad marru ipoġġu ġewwa pjazza San Ġorġ. Hemm tkellmu ftit u ftiehemu li kienu se jibqgħu ħbieb u xejn iktar.
Kien f’dak il-mument li hu lilha saqsiha riditx tmur Burger King ta’ Hal Qormi miegħu. Il-prosekuzzjoni qalet li jmorru l-Burger King ta’ Ħal-Qormi kien bl-intenzjonigħalih li lilha idaħħalha fil-karozza tiegħu u kif jgħaddi ftit tal-ħin, dak il-lejl stess, jistupraha, dan għax hu lilha kien jaraha biss bħala oġġett li seta juża għall-isvog sesswali tiegħu.
Hi daħlet fil-karozza tiegħu pero immedjatament ma kinitx qed tħossa komda għax bdew ġejjin lura f’moħħa ħafna memorji li kellha miegħu pero ppruvat titkellem ftit miegħu. Waslu l-Burger King, u wara li ordnaw l-ikel, hu pparkja l-karozza f’post, hemm viċin li kien mudlam u mdawwar b’xi siġar. Hi ma kelliex ġuħ, u l-ikel li xtrat ma kilitux kollhu, hu pprova jitmaħħa c-chips minn idejħ u hi waqqfitu għax ma riditx.
Il-prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li meta spiċċa jiekol resaq lejha, beda isaqsiha għalfejn kienet stressjata u beda jmissha fuq saqajha. Hi qaltlu biex iħalliha u biex ma jmissiex, qaltlu ‘please stop touching me.’ Qaltlu numru ta’ drabi li ma riditux ikompli u hu daħħal idejh fuq it-tights waqt li hi għafset saqajha flimkien sabiex u inehhi idejh.
Hu beda jgħidilha biex terġa tiftah saqajha iżda hi ma riditx u kompliet tagħfashom flimkien. Pero, hu għandu iktar saħħa minnha u għalhekk irnexxilu jisforzala saqajha biex jinfetħu. Hi bdiet tagħfaslu idu, biex forsi jieqaf, pero hu baqa jisforza ruhu fuqha, qalilha li kellha t-tights mqattgħajn u qattahom iktar u beda’ iweġġagħha u eventwalment b’subgħajh ippenetraha ġewwa l-parti vaġinali tagħha, hi xorta kompliet tgħidlu jieqaf u minkejja hekk baqa għaddej.
Skont it-tfajla, tul dan kollu, hi bkiet u qaltlu li ridithu jieqaf, iżda kien kollhu għal xejn għax ta’ moħħu għamel l-akkużat u ippenetraha, u weġġagħha. Hi kienet mweġġa’ emozjonalment u bkiet, meta kienet qed tibki, hu għalqilha ħalqha b’idejħ u beda iħarsilha f’għajnejha u jitbissem f’wiċċha.
Wara li lesta jagħmel dak li ried biha, hi beżgħet saħansitra toħroġ mil-karozza, ma kinitx taf x’ħa taqbad tagħmel. Ma kellha ebda mod sabiex tasal lura d-dar waħedha u kienet mbeżża. Hu fil-fatt wassalha d-dar. Meta waslet id-dar, wara li tkellmet ma ħabiba tagħha dwar dak li ġralha, għażlet li tagħmel rapport dwar dak li kien għamlilha l-akkużat.
Minn hemm il-Pulizija arrestaw lill-akkużat li spiċċa tressaq il-Qorti u wara ftit tas-snin għadda ġuri u ġie lliberat minn stupru. L-Avukati Franco Debono u Mario Mifsud deheru għall-akkużat.
//= $special ?>