Lokali

“Pajjiżna għandu jkollu Kummissarju tal-Pulizija li ma jħares lejn wiċċ ħadd” – Bernard Grech

“Il-Partit Nazzjonalista ħa jibqa’ jsostni li għandu jkollna Kummissarju tal-Pulizija li ma jħares lejn wiċċ ħadd imma jħares biss lejn il-ġustizzja.”

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq il-midja soċjali dan wara li ftit tal-ħin ilu ġie żvelat li l-kuntratt ta’ Angelo Gafà bħala Kummissarju tal-Pulizija se jiġi mġedded għal erba’ snin oħra.

Bernard Grech qal li pajjiżna għandu jkollu Kummissarju tal-Pulizija li ma jħares lejn wiċċ ħadd u mhux Kummissarju li jaħseb li xogħlu huwa li jiddefendi l-interessi tal-Partit Laburista. Apparti minn hekk, huwa saħaq li din hija prova li Robert Abela baqa’ ma jridx jifhem li l-poplu jrid serjetà fit-tmexxija.