Rumena ta’ 41 sena inżammet arrestata wara li qed tiġi akkużata li wettqet aktar minn 20 serqa.
Il-mara wettqet pickpocketing l-aktar fil-Belt, fl-Imdina u San Pawl il-Baħar, fejn skont il-Pulizija b’kollox serqet madwar 7,000 ewro fi flus kontanti.
Fil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia ħareġ li r-Rumena ġiet arrestata l-Ħamis fl-ajruport hekk kif kienet se titlaq minn pajjiżna.
Huwa magħruf li l-mara tifforma parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata internazzjonali li jwettaq pickpocketing f’postijiet turistiċi.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha bid-difiża tgħid li f’dan l-istadju mhux ħa tkun qed titlob għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>