Keith Azzopardi ġie mressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo akkużat li kiser żewġ digrieti tal-ħelsien mill-arrest, għamel ħsara volontarja, hebb u insulenta persuna, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.
L-ispettur Omar Zammit qal lill-Qorti li matul il-lejl għall-ħabta tas-1am, hu kien infurmat mill-għassa ta’ Bormla, li kellhom rapport li l-akkużat kien qiegħed jaqla’ l-inkwiet ħdejn gabbana f’Bormla, u li x’aktarx kien fis-sakra. L-ispettur qal li minħabba li Keith għandu ordni mill-Qorti li bejn is-9pm u s-6am huwa jrid ikun f’daru, ġie ordnat arrest immedjat ta’ Azzopardi.
Huwa wieġeb ħati għall-akkuzi kollha, u ngħata sentenza ta’ 8 xhur priġunerija. Il-Qorti ordnat ukoll li l-ħelsien mill-arrest li kien ingħata f’żewġ kawżi differenti jiġi revokat, kif ukoll li depożitu u garanzija personali jiġu meħuda u mogħtija lill-Gvern ta’ Malta.
//= $special ?>