L-Arġentina temmew l-impenji tagħhom fi Grupp A bil-punti massimi u kkwalifikaw għall-kwarti finali bir-rebħa tagħhom fuq il-Perù bl-iskor ta’ 2-0.
Iċ-champions tad-Dinja temmew fl-ewwel post, fejn skorjaw 5 gowls u ma kkonċedew l-ebda gowl, u komplew juru għalfejn huma fost il-favoriti għal din il-kompetizzjoni.
L-ewwel taqsima ntemmet bla gowls, bl-Arġentina jiftħu l-iskor ftit minuti wara l-bidu tat-tieni taqsima permezz tal-attakkant ta’ Inter Lautaro Martinez mis-suġġeriment tal-veteran Di Maria.
L-eks midfielder Juventin Leandro Parades kellhu ċ-ċans li jirdoppja l-iskor fit-72 minuta meta nkariga ruħu mill-penalty, madankollu hu laqat il-lasta l-wieqfa tax-xellug bl-iskor jibqa’ 1-0.
Lautaro Martinez irdoppja l-iskor fis-86 minuta meta skorja d-doppjeta personali tiegħu.
Intant fil-partita l-oħra, draw fundamentali għall-Kanada kontra ċ-Chile li jfisser li l-Kanadiżi għaddew għall-kwartifinali mit-tieni post.
Għada fis-2 ta’ filgħodu jintlagħbu l-aħħar partiti minn Grupp B:
Ġamajka v Venezwela
Messiku v Ekwador
//= $special ?>