Lokali

Identifikata bħala Oriana Bertolino t-Taljana li tilfet ħajjitha fl-inċident bil-quadbike

Il-vittma tal-inċident bil-quadbike ġiet identifikata bħala Oriana Bertolino, Taljana ta’ 31 sena.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fejn ir-raġel laħaq qabeż minn fuq il-quadbike però il-mara ma rnexxilhiex u waqgħet b’kollox minn fuq l-irdum għal ġol-baħar.

Wara tfittxija li saret, il-mara ttellgħet mill-baħar u ttieħdet fil-Port tal-Imġarr, imma sfortunatament ġiet iċċertifikata mejta.

Bertolino tibqa’ magħrufa għall-imħabba tagħha lejn il-volleyball tant li kienet kowċ ta’ tim tal-volleyball tal-lokalità fejn kienet tgħix – Marsala. Bertolino kienet ukoll taħdem f’ċentru veterinarju.