Internazzjonali

Il-Karibew: Lesti għall-qilla tal-Uragan ‘Beryl’

L-awtoritjiaet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Karibew wissew lir-residenti biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ għat-tħejjijiet ta’ emerġenza qabel l-artijiet tagħhom kellhom jintlaqtu mill-elementi tal-Uragan ‘Beryl’.

Dan l-uragan kien mistenni li jiġġenera l-agħar maltemp fir-reġjun għal ħafna snin u bl-esperti kollha jaqblu li l-elementi tiegħu għandhom ikabbru l-potenzjal għall-imwiet aktar ma jżidu fis-saħħa.

Il-maltemp issa qed javviċina numru ta’ gżejjer b’ritmu mgħaġġel u fost l-irwiefen b’veloċità qawwija.

Din hi wkoll l-ewwel inċidenza ta’ maltemp straordinarju waqt l-istaġun tal-uragani għar-reġjun – sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet meteoroloġiċi qed jirreferu għal ‘maltemp ta’ kategorija tlieta mill-aktar perikoluż’.

Waqt li l-irwiefen qed itellgħu veloċità ta’ bejn 180 u 210 kilometru fis-siegħa, l-elementi tal-uragan mistennija jħallu l-ewwel impatt qawwi għall-gżejjer ta’ Barbados, Dominica, Grenada u Martinique matul is-sigħat bikrin tat-Tnejn.

Ir-rapporti fl-aħħar sigħat qalu wkoll li r-residenti ta’ dawn il-pajjiżi kienu qed itellgħu speċi ta’ ‘lqugħ’ madwar id-djar u l-lokalitajiet, b’oħrajn jixtru l-kunsinni addizzjonali ta’ fuel, ikel u ilma minħabba l-possibbiltà li huma jibqgħu magħluqin f’darhom għat-tul taż-żmien minħabba ċ-ċirkustanzi.