Il-Pulizija għadha bla pjan dwar l-akkużi kontra Svetlana Muscat
Il-laqgħat sigrieti ta’ Yorgen Fench fl-uffiċċju tal-Kap tal-Istrateġija fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin issa inqabdu fuq filmati ta’ CCTV.
Wara li fl-aħħar jiem, il-Head of Strategy għall-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, Svetlana Muscat – spiċċat fuq forced leave … wara li kienet qed tħalli lin-negozjant Yorgen Fenech jiltaqa’ ma’ negozjanti oħrajn fl-uffiċċju tagħha … issa minn filmati tas-CCTV, jidher li f’waħda minn dawn il-laqgħat Yorgen Fenech qatta’ “ħin konsiderevoli” jitkellem mad-direttur ta’ Easygas, Reuben Farrugia u mal-istess Muscat, fl-uffiċju tal-Kap tal-Istrateġija tal-ħabs.
Il-filmati – li aktar tard ingħataw lill-Pulizija – juru li t-tlieta qattgħu ħin twil flimkien jiddiskutu, iżda ġħadu mhux ikkonfermat jekk il-filmati jinkludux ukoll awdjo tal-konversazzjoni.
Sorsi qalu li din il-laqgħa qanqlet suspetti kbar u skattaw l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
Yorgen Fenech preżentament qiegħed jistenna biex jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia.
Il-proċess biex wieħed iżur priġunier bħal Fenech, li jinsab arrestat Kordin u li l-każ tiegħu għadu mhux deċiż, huwa ftit kumpless… għaliex għandu bżonn permess ta’ spettur tal-Pulizija u li jkollu approvazzjoni mill-Qorti qabel ma jiltaqa’ ma’ xi ħadd.
U mhux talli hekk, talli l-approvazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li tkun qed iżżur ma tkunx marbuta bl-ebda mod mal-każ li jkun għaddej, biex jiġi żgurat li l-laqgħa ma tinfluwenzax il-proċeduri tal-Qorti.
Iżda f’dan il-każ, sorsi li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li ħadd mit-tliet persuni involuti ma kiseb tali approvazzjoni qabel il-laqgħa,
Dan l-istazzjon huwa infurmat li għalkemm allegatament l-eks preżentatriċi tal-ONE, Svetlana Muscat kisret il-liġi għal Yorgen Fenech, il-Pulizija għadha ma ddeċidietx jekk tressaqx akkużi kontra l-istess Muscat.
//= $special ?>