Illum fuq Net Television mill-5.00pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 31 mis-serje Sport Extra. Dan il-programm se jkun l-aħħar wieħed f’din l-iskeda fuq Net Television li matulha ġew intervistati xejn anqas minn 140 persuna bejn atleti u uffiċjali b’rabta ma’ dak li seħħ fix-xena tal-isport lokali u internazzjonali minn Ottubru tas-sena l-oħra. Fil-programm bħal dejjem ma naqsux il-mistiedna speċjali bosta minnhom ta’ fama mondjali jew rebbieħa Olimpiċi.
Fl-ewwel parti tal-31 programm, intervista mal-aħwa Dermot u Keith Galea li bejniethom rebħu 20 kampjonat nazzjonali tat-Triathlon filwaqt li fit-tieni parti, it-tema ewlenija hu l-boxing maċ-champion lokali Steve ‘Super’ Martin li għeleb lil Scott Dixon dan l-aħħar.
Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darba oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.
//= $special ?>